You are here

Books

Notice

We have only put a limited selection of products on the website. If you want to see all of our products visit us at il-Ħanut l-Arka, Saint Paul Street Valletta.

Our Products: 

Tibża' Xejn Jekk Tibda x-Xita

(Malta: Edizzjoni Skarta, 2007)

Niżżel dan il-ktejbe b'xejn jew ixtri kopja tal-ktieb mill-ħanut tal-kummerċ ġust L-Arka, 306, Triq San Pawl, il-Belt Valletta. (Għandek bżonn Acrobat Reader 8.1)

Edizzjoni Skarta għadha kemm ippubblikat ktejjeb ta' 32 faċċata bil-poeżiji ta' ħames poeti li jitkellmu dwar it-tfulija jew dwar temi ta' ġustizzja. Il-ktieb jismu "Tibża’ Xejn Jekk Tibda x-Xita" u fih "13-il poeżija, għanja, u riklam." Il-ħames poeti huma Mario Cardona, Simone Inguanez, Adrian Grima, Immanuel Mifsud, u Walid Nabhan.

Din il-pubblikazzjoni, editjata minn Adrian Grima u b'qoxra ddisinjata minn Immanuel Mifsud, tħejjiet għall-kunċert "Made in Fair Trade" li sar waqt il-festival tal-kummerċ ġust bl-isem ta' WorldFest organizzat mill-Koperattiva Kummerċ Ġust nhar il-Ħadd, 24 ta' Ottubru, 2007. It-tema ta' din is-sitt edizzjoni tal-WorldFest kienet "It-Tfal u l-Kummerċ Ġust."

Il-ktieb fih daħla ta' Adrian Grima dwar "Rijayatu Razak, il-Ħaddiema Tfal u l-Kummerċ Ġust." "Il-kaġun ewlieni ta’ l-isfruttament tat-tfal fix-xogħol huwa l-faqar. Peress li ħafna drabi l-paga li jaqilgħu l-ġenituri mhix biżżejjed biex tipprovdi dar, ikel u ħwejjeġ għall-familja, it-tfal ikollhom joħorġu jaħdmu. L-akbar sfruttament tal-ħaddiema tfal jinsab fil-produzzjoni ta’ l-ikel, l-aktar fil-qasam tal-kafè, il-kawkaw, il-banana, il-larinġ u z-zokkor."

Our Products: 

Id-Demm Nieżel bħax-Xita

Nhar is-27 ta’ Diċembru, 2008, ftit sigħat wara l-bidu tal-bumbardament mill-armata Iżraeljana, it-tabib Yousef Mousa jibgħat messaġġ iddisprat minn Gaża.

"The military operation makes the Palestinian blood fall like rain. As a consequence, the civilian population in the cities of Rafah, Khan-Younis, middle camps, Gaza City, Beit-Hanoun and Beit-Lahiya, and in the refugee camp of Jabalia is suffering from the most horrible onslaught of Israeli military power."

U din kienet għadha l-ewwel ġurnata.

Fil-ktieb Id-Demm Nieżel bħax-Xita (Edizzjoni Skarta, 2009) hemm poeżiji u novelli ġodda miktubin minn 15-il kittieb u kittieba li jgħixu f'Malta b'solidarjetà man-nies ta' Gaża.

Ħafna mix-xogħlijiet li hemm fil-ktieb inqraw f’lejla ta’ letteratura li saret fil-Chiaroscuro, il-Belt Valletta, nhar l-Erbgħa, 7 ta’ Jannar, 2009, li fiha ħadu sehem ukoll il-kantawturi Vince Fabri u Lara Vassallo."

Our Products: 

Pages

Theme by Koperattiva Kummerċ Ġust - All Rights Reserved