Saturday, 14th October 17, Koperattiva Kummerċ Ġust held the...
minn Evan Chetcuti Fl-aĦbarijiet sikwit nisimgħu dwar ħaddiema fil-pajjiżi fqar li jipproduċu affarijiet bħal ħwejjeġ, prodotti tal-ikel u ġugarelli li filwaqt li aħna nħallsu l-belli liri għalihom biex nixtruhom, il-kumpaniji transnazzjonali partikolari jħallsu ’l dawn il-ħaddiema bil-loqom. Quddiem dawn l-inġustizzji hemm żewġ għażliet. Jew li tħalli kollox għaddej qisu m’huwa jseħħ xejn, jew inkella tagħmel xi ħaġa biex tipprova twaqqaf din l-inġustizzja u tgħin biex ma tħallix id-dinja kif sibtha. Nathalie Grima, attivista favur id-drittijiet ta’ persuni emarġinati u foqra madwar id-dinja, għarfet il-bżonn li hemm ħafna xogħol x’jista’ jsir biex ngħinu nnaqqsu dawn l-anomaliji u inġustizzji soċjali li ta’ kuljum iħabbtu wiċċhom magħhom dawn in-nies. Barra li ħadmet b’mod volontarju mill-viċin ma’ nies żvantaġġjati u foqra f’diversi pajjiżi bħall-Italja, it-Tuneżija, l-Uganda u l-Peru, hija kienet ukoll waħda mil-fundaturi ta’ proġett partikolari, bil-għan li jdaħħal kunċett ġdid fostna l-Maltin, dak tal-kummerċ ġust. Intejbu l-kwalità tal-ħajja Permezz tal-kummerċ ġust, il-ħaddiema u aħna bħala xerrejja nistgħu naħdmu flimkien biex intejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ xulxin, filwaqt li l-ħad- diema fil-pajjiżi l-fqar jingħataw ħlas ġust u kundizzjonijiet xierqa ta’ xogħol. Iltqajt ma’ Nathalie fil-ħanut li bħala Koperattiva Kummerċ Ġust fetħu fil-Belt Valletta. Ħanut bl-isem ta’ L-Arka li huwa mmexxi minn għadd ta’ volontiera, li fih issib prodotti differenti ġejjin mill-pajjiżi l-fqar tad-dinja, kemm minn pajjiżi tal-Amerika Latina kif ukoll mill-Asja u l-Afrika. Ħanut uniku “Dan il-ħanut huwa uniku tax-xorta tiegħu f’pajjiżna. Hawn ġew hawn dinja sħiħa ta’ snajja’ u kulturi differen-ti, fosthom xogħol tal-artiġ-ġjanat, fl-injam u metall. Issib ukoll strumenti mid-dinja kollha, kartolini, tapiti, CD’S u ħafna affarijiet oħra. Min-kejja d-differenzi kollha, dawn il-prodotti għandhom xi ħaġa komuni. Kull prodott li nbiegħu huwa mibni fuq dak li nemmnu li jfisser li huwa proġett ġust.” Fissritli l-mod kif wieħed jagħraf bejn prodott b’kum-merċ ġust minn prodotti oħra li ssib fl-ixkafef ta’ ħwienet kummerċjali oħra. Stednitni nifli sew kull prodott fil-ħanut tagħha u osservajt tabella li tindika dan. Spjegatli li l-monitoraġġ tal-kummerċ ġust isir minn federazzjoni internazzjonali u jekk dik il-kumpanija partikolari tilħaq il-livelli meħtieġa tingħata dan ir-rikonoxximent biex b’hekk il-prodott ikun jista’ jinbiegħ bħala wieħed b’kummerċ ġust. Innaqqsu t-tbatijiet u l-inġustizzji “Bla ma kultant nindunaw aħna bħala konsumaturi b’dak li nixtru ta’ kuljum nistgħu nnaqqsu t-tbatijiet u l-inġustizzji ta’ nies fil-bżonn. U dan nistgħu nagħmluh billi nixtru prodotti li ġejjin b’kummerċ ġust. B’din l-għażla tagħna meta nagħżlu prodott ġust inkunu qegħdin ninvestu f’ġejjieni aħjar, kemm għall-eluf ta’ bnedmin kif ukoll għall-ħolqien inġenerali.” Għalkemm temmen li din hija problema kbira fejn il-kummerċ dinji huwa bbażat fuq strutturi nġusti li jakkomodaw lil min huwa diġà komdu u jkomplu jkissru lil min huwa mkisser, madankollu tħoss li fil-preżent qed isir ħafna xogħol f’dan il-qasam. Semmietli kif anke fl-istrutturi tal-Unjoni Ewropea qiegħda tkun indirizzata, tant li minn żmien għal żmien qegħdin jagħfsu aktar fuq il-ħsieb li l-pajjiżi membri għandhom iżidu fil-konsum ta’ dawn il-prodotti ġusti. Fil-fatt, b’mod inġenerali, b’mod speċjali fl-Ingilterra, il-prodotti ġusti tal-ikel żiedu fil-bejgħ tagħhom. Liema huwa l-orħos prezz Dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżna, minkejja li l-pubbliku huwa aktar infurmat dwar il-kunċett tal-kummerċ ġust aktar minn qatt qabel, xorta tħoss li l-Maltin għadhom f’dik il-fażi ta’ liema huwa l-orħos prezz, irrispettivament mill-kwalità u l-ħsieb tal-ġustizzja soċjali. “Lura fis-sena 1996 meta waqqafna din il-koperattiva l-informazzjoni fost il-pubbliku dwar kummerċ ġust kienet minima ħafna. Illum, bis-saħħa tal-midja u tal-attivitajiet li noħolqu fost il-firxa kollha tas-soċjetà, inħoss li l-kuxjenza dwar dan is-suġġett tferrxet b’mod pożittiv. Madankollu, xorta għad hemm mentalità ta’ liema huwa l-orħos prodott, minkejja li bi ftit sforz kapaċi niggarantixxu biżżejjed qligħ biex il-ħaddiema u l-familji tagħhom ikollhom aċċess għas-servizzi tas-saħħa u l-edukaz-zjoni.” Għalhekk, għaż-żmien li ġej, kemm għal Nathalie u l-għadd ta’ volontiera oħra li jemmnu f’din il-kawża ġusta se jkomplu jaħdmu biex ikabbru aktar kuxjenza lejn l-aspett tal-kummerċ ġust. Fil-fatt, bl-għajnuna tal-fondi mill-Unjoni Ewropea diġà nedew żewġ proġetti u fiż-żmien li ġej se jkomplu bix-xogħol tagħhom, kemm billi jwasslu l-prodotti għand il-konsumaturi permezz tal-ħanut u kemm b’ħidma edukattiva fl-iskejjel, ċentri taż-żgħażagħ kif ukoll f’okkażjonijiet oħra li minn żmien għal żmien ikunu mistiedna fihom. Temmet l-intervista b’messaġġ dwar dawk li forsi bil-mod mgħaġġel ta’ kif qegħdin jgħixu llum ftit jibqgħalhom ċans jaħsbu f’dawn l-affarijiet. Messaġġ “Il-messaġġ li xtaqt inwassal huwa wieħed ċar. Fid-dinja hemm ħaddiema li ta’ tmien sigħat xogħol jitħallsu ftit aktar minn €5. Bl-għażliet ta’ kuljum nistgħu nagħmlu d-differenza fil-ħajja ta’ dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom. Meta tagħżel prodott ġust tkun qed tgħin f’din il-ġustizzja soċjali filwaqt li bl-għażla tiegħek tkun qed tingħata garanzija li dawn il-ħaddiema jaħdmu f’kundizzjonijiet xierqa u qegħdin jitħallsu b’mod tajjeb tax-xogħol li jwettqu.”
As part of the Make Fruit Fair! project Koperattiva Kummerċ Ġust is releasing several items for promotional materials.
We can post anyone in Malta with any of these promotional materials for free. Get in touch with us on info@l-arka.org and we'll get back to you.
...
In October 2016, KKĠ met its MFF project partners in Vienna during which meeting project partners discussed the goals of the MFF campaign after being inspired by detailed information about unfair commercial practices which push people into poverty.
During the meeting there was an...
Best way to contact us is by email: info@l-arka.org or talk to us on Facebook chat
306, il-Ħanut l-Arka,
Triq San Pawl,
il-Belt Valletta,
Malta VLT 1213
Tel: +356 2124 4865
Email: info@l-arka.org