Saturday, 14th October 17, Koperattiva Kummerċ Ġust held the...

Make Fruit Fair! Project
Koperattiva Kummerċ...

Fair Trade is a trading partnership, based on dialogue,...

Palestinian Fair Trade Producers in Malta

Nostalġija ta’ libertà

Franica Pulis tintervista lil Suzan Sahori mill-Palestina (Illum)

Din il-ġimgħa kien hemm għaddejjin żewġ proġetti li jippromwovu d-diversità. Iżda mara Palestinjana kienet preżenti fit-tnejn - Suzan Sahori - Direttur għar-Relazzjonijiet Internazzjonali ta’ għaqda li tippromwovi kummerċ ġust tax-xogħol artiġġanali Palestinjan: il-Holy Land Handicraft Cooperative Society (www.holyland-handicraft.org).


Illum ltaqgħet ma’ Sahori biex titkixxef dwar il-ħajja vera li jgħixu l-Palestinjani u mhux dik biss li naraw fuq it-televixin. Tibda tirrakkontali kif qed tħossha Malta.

“Inħossni libera. Inħobbu nsuqu minn belt għall-oħra mingħajr man-nies iwaqqfuna biex jiċċekkjawlna l-karta tal-identità jew nistennew fil-kjus twal fil-postijiet ta’ kontroll. Nista’ nippjana l-ġurnata. Mhux bħal f’Ramallah. Biex nasal s’hemm irrid nippjana sagħtejn, tlieta qabel għax ma nafx kemm se jżommuni fil-postijiet ta’ kontroll. Jogħġbuni s-siti tagħkom u l-ġonna. Aħna ma fadlilniex iktar ġonna,” tgħid b’dispjaċir.

Sahori tħalliet tiġi Malta biex titkellem għall-iskulturi li niżlu juru xogħolhom magħmul mis-siġar taż-żebbuġ. Tmenin fil-mija tan-nies ta’ Betlem jgħixu mill-artiġġanat tagħhom. Għalhekk isir dax-xogħol kollu.

Kif kienet hawn qrat l-esperjenzi tagħha fil-festival letterarju li sar fil-Birgu din il-ġimgħa. Dawn kienu wħud mix-xogħlijiet li kitbet sal-2005 fuq www.hcef.org li kienu jesprimu l-emozzjonijiet tagħha u tan-nies madwarha u jirrakkuntaw x’ġarrbu f’ħajjithom dak iż-żmien.

Issemmi kemm hu diffiċli tivvjaġġa f’pajjiżha. Il-problema ewlenija, li tqajjem oħrajn magħha, hi li għax ma jitħallewx jużaw l-eqreb ajruport ħdejhom.

“Aħna ma nistgħux nużaw l-ajruport ta’ Tel Aviv, li kull mhu siegħa ’l bogħod mnejn noqgħod. Għalhekk ikollna mmorru f’tal-Ġordan. Jekk għandi konferenza ta’ ħamest ijiem, irrid nippjana vjaġġ ta’ sebgħa. Aħna għandna l-aktar spejjeż għaljin tal-ivvjaġġar. Irridu nħallsu tat-trasport biex naslu l-ajruport, flus għal bagalji, ikel u ġieli anki fejn norqdu meta t-titjira tkun l-għada.

“In-nies jitilqu għax ikollhom mhux għax iridu. Ħafna nies ikollhom imorru sa Amman fil-Ġordan biex jieħdu trattament mediku tajjeb għax ħdejna mhemmx,” tenniet Sahori.
Ftit wara ssemmi kemm ma stennitx li pajjiżna jixbah lil tagħha.

Jixxiebhu ħafna. Inkredibbli kemm jixxiebhu! In-nies hawnhekk jaħsbuni Maltija. Aħna nifhmu l-biċċa l-kbira tal-lingwa tagħkom u anki intom tifhmuna meta nitkellmu bil-mod. In-nies hawnhekk huma ġenerużi ħafna u laqgħuna tajjeb. Inħossuna li qegħdin f’darna u nixxiebhu f’hekk ukoll.”

Issemmi wkoll id-differenzi.
“Bħala differenzi l-aktar li jispikka hu l-mod ta’ kif in-nies jilbsu. Fil-Palestina ħadd ma joħroġ biċ-ċingi ħlief fit-tiġijiet jew meta jkun ma’ tal-familja. Ma ntikomx tort li tilbsu hekk minħabba s-sħana u tridu tkunu komdi.

Iż-żgħażagħ mhumiex daqshekk liberi li jagħmlu li jridu. Ir-relazzjonijiet huma differenti ħafna. Tfajla ma jistax ikollha boyfriend sakemm ma tkunx waslet biex tiżżewweġ u lanqas ma tista’ toħroġ filgħaxija. Jekk irrid inħalli lil binti toħroġ trid tkun ma’ kuġinitha. Lanqas ma’ sħabha tal-klassi ma nħalliha sakemm ma nkunx nafhom sew.

Hawnhekk intom għandkom ħafna għażliet. Jekk m’għandekx aptit tmur id-dar tiekol tista’ tmur tiekol barra. Fil-Palestina, le. Aħna nħobbu nsajru d-dar u nistiednu lin-nies għandna. Ma tantx inħobbu mmorru nieklu barra. Hi parti mit-tradizzjoni tagħna mhux għax ma nistgħux.”

Tirrakkonta d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom ta’ spiss.
“Biex tmur f’Ramallah jew f’Ġerusalemm trid permess speċjali. Biex raġel jieħu lil ommu l-isptar ikun iffortunat jekk jistenna tlitt ijiem biss. Il-curfews waqfu għax l-Iżraeljani ħarġu mix-Xatt tal-Punent imma jiġu lura meta jridu u jistgħu jisparaw fuq min iridu.

"Daqs xahrejn ilu daħlu lebsin ċivil b’karozza normali u sparaw fuq erbgħa minn nies. Il-karozza tagħhom imlewha balal. Jien naf il-mara ta’ wieħed milli qatlu. Għandha erbat itfal u għadha s’issa mingħajr kumpens u ma tistax tmantnihom.

“Aħna suppost meħlusin minnhom imma xorta għadna taħt il-kontroll tagħhom. Hawnhekk tmur ħdejn il-baħar f’nofsillejl u ħadd ma jistaqsik x’int tagħmel barra. Din mhix ħajja għalina. Imqejqa ħafna. Kull jum li jgħaddi mhux se jerġa’ jiġi lura.
“Meta jkolli l-opportunità li nsiefer neħodha għax tagħtini l-enerġija biex immur lura u nkompli niġġieled għalina.”

Tkompli minn fejn ħalliet.
“In-nies qegħdin isofru. Mhux qegħdin imutu imma qed isofru n-nuqqas ta’ libertà, xogħol u kura tajba. In-nies bħalissa ma jifilħux iħallsu għall-isptar u f’Beit Sahour kulma għandna klinika waħda li tagħmel operazzjonijiet żgħar. Ikollhom imorru għand il-Caritas. Sirna mdorrijin bit-tallaba għax ħafna rġiel ma jistgħux isibu xogħol. Dawk li kienu sinjuri m’għadhomx għax użaw flushom.

“Kuġinti marret biex twelled fl-isptar tal-Gvern. Meta fetħuha, it-tobba ndunaw li kien hemm xi ħaġa ħażina fid-demm. Sakemm inġab il-permess biex jeħduha Ġerusalemm din mietet u t-tarbija wkoll. U kellha biss 35 sena. Tlabt li t-tarbija tmut magħha.”
Titħaddet dwar il-ħajja li qed ikollhom jgħaddu minnha uliedha.

“Il-bniet tiegħi għandhom 13-il sena u 14. Għandhom wisq curfews. Ma jistgħux imorru l-iskola, ma jistgħux joħorġu barra jilagħbu, ma jistgħux imqar iħarsu barra mit-tieqa jew joqogħdu fil-gallarija.

“Il-kbira kienet issaqsini: ‘Għaliex is-suldati qegħdin joqtlu lit-tfal? Illum ħa mmur l-iskola?’ Tal-inqas issa huma kuntenti li jmorru l-iskola mentri jien meta kont żgħira ma kontx. Ikunu qegħdin jistennewha għax fis-sajf m’għandhom imkien fejn imorru.
“Mhemm l-ebda ġnien fejn nista’ neħodhom biex nirrilassaw ftit għax qed joħdulna l-art kollha biex jibnu l-ħitan bejn l-Iżrael u l-Palestina u rħula ġodda għalihom mimlijin bini.”

Tkompli titkellem dwar il-kontrolli.
“Biex tmur Ramallah, fil-post ta’ kontroll, is-suldati iġagħluk tistenna għal sigħat sħaħ fix-xemx. B’id waħda s-suldat jikkontrollana għax aħna nibżgħu minnu. Hi umiljanti tmur fejn tmur. Għalhekk nippreferi nibqa’ d-dar.

“Iġagħluk tobgħod lil pajjiżek. Iġagħluk temigra minn jeddek. Iż-żgħażagħ meta tiġihom l-opportunità li jmorru l-Amerka jitilqu għax m’għandhomx opportunitajiet ta’ xogħol.
“Għalina l-edukazzjoni hi importanti. Anki l-aktar familji fqar isibu mod kif jibagħtu lil uliedhom fil-kulleġġi għax dan il-mod tagħna ta’ kif niġġieldu lura. Bl-edukazzjoni niesna jistgħu jifhmu u jbiddlu s-sitwazzjoni. Billi twaddab ġebla mhu se ssolvi xejn. Irridu ngħinu lid-dinja tifhem li aħna m’aħniex terroristi.”

Issemmi kif ħamsa minn sħabha li kienu magħha fil-klassi għandhom l-aħjar xogħlijiet fl-Amerka. Tirrakkonta dwar il-btala tagħhom ta’ xahar fil-Palestina.

“Xebgħu hawn għax ma setgħu jmorru mkien. Kważi ġġilidt magħhom meta qalu li ma felħux jerġgħu jiġu lura biex jgħixu f’belthom. Għandhom raġun imma ma rridx nemmen li għandhom.”

Sahori ssostni li qatt ma rċeviet theddid għar-rakkonti tagħha minħabba li ma tiktibx b’mod politiku imma b’mod uman u kontra l-qtil ta’ kull innoċenti. Iżda kitbietha sa ċertu punt jistgħu jitqiesu politiċi għax imissu mal-weġgħat tan-nies u mhux l-ewwel darba li kkritikaw l-Amerikani u l-Iżraeljani għall-istil ta’ ħajja li spiċċaw jgħixu fih.

“Ktibt storja dwar kuġina oħra tiegħi. Din ħaduha l-klinika wara li taha ħass ħażin. Imma ma setgħux jikkurawha. Żewġha kellu flus biżżejjed biex jibgħatha l-isptar imma sakemm waslet laħqet mietet.”

Tirrakkonta wkoll dwar xi tfisser li tkun mara fil-Palestina.
“Mindu kien hemm it-tieni Intifada (it-tieni ribelljoni kontra l-okkupazzjoni tal-Iżrael) ir-rwol tagħna fis-soċjetà sar aktar intensiv. Qabel ir-raġel kien imur l-Iżrael biex jaħdem iżda ma baqax. Għalhekk il-mara kellha tuża l-ħiliet tagħha biex taqla’ l-għixien hi wkoll. Issa n-nisa saru jaħdmu mal-irġiel tagħhom. Anki nisa fil-politka għandna. Il-Ministru tat-Turiżmu hi mara u hi ħabibti. Kburin ħafna biha.

“In-nisa, Musulmani u Kristjani, qed jaħdmu iebes. Saru aktar attivi u wħud anki reġgħu bdew jistudjaw. Hemm differenza bejn in-nisa Musulmani u Kristjani imma qed tgħib fix-xejn. Min-nisa li hemm jaħdmu magħna nistgħaġeb kif l-irġiel tagħhom qegħdin iħalluhom jaħdmu jew imorru għall-konferenzi.

“Iżda jilbsu differenti u hemm estremisti wkoll. Fi bliet oħrajn meta mmur liebsa bi flokk nofs komma jistaqsuni għaliex idejja mikxufa jew għaliex qed niekol meta huma qegħdin isumu. Iktar l-Iżraeljani jittrattawna b’mod differenti. Meta jaraw is-salib imdendel m’għonqi jittrattawni aħjar u jagħtuni anqas battikati milli kieku Musulmana.”

X’taħseb mill-Ħamas? Tieqaf zopptu. Ma tkunx taf kif se taqbad twieġeb.
“Ma nħobbx nitkellem dwar il-Ħamas għax l-opinjoni tiegħi hi differenti minn dak li taħseb dwarhom id-dinja u nkun qed nitkellem ħażin dwar niesi stess.”
Imma tkompli titkellem u fl-aħħar toħroġ l-opinjoni tagħha dwarhom jew għallinqas parti minnha.

“Mindu l-Ħamas għamlu din l-istraġi u ħadu lil Gaza taħt idejhom, tefgħuna lura 20 sena u għamlu l-ħajja tal-Palestinjani miserabbli. In-nies li kienu vvutawlhom huma ddiżappuntati u jiddispjaċihom li vvutawlhom. Għinna lil Iżrael billi pinġejna stampa ħażina tagħna nfusna.”
Taħseb li d-diviżjoni bejn il-Ħamas u l-Fatah qed tagħmel l-affarijiet agħar għall-Palestina?

Terġa’ tieqaf taħseb.
“Li rrid ngħid dwar dan kollu hu li l-partiti politiċi kollha (issemmi xi sitta) għaliex ma jingħaqdux biex jiġġieldu għall-istess ħaġa u ngħixu f’dinjità? Meta ħa nindunaw li kollha qegħdin niġġieldu għall-istess kawża?

Tgħid kif taħsibha dwar l-elezzjonijiet Amerikani u tistqarr li m’għandha l-ebda sentimenti pożittivi humiex se jbiddlu ħajjithom jew humiex se jmexxu l-affarijiet ’il quddiem. Qed tħalli ż-żmien jiddeċiedi biex ma terġax tiddiżappunta ruħha. Issemmi wkoll kif mill-Presidenti Amerikani ħadd qatt m’għamel xejn biex jgħaqqadhom ħlief Bill Clinton.
“Kwalunkwe elezzjoni fl-Amerka se tkun megħjuna mill-Iżraeljani. Huma jikkontrollaw ħafna affarijiet hemmhekk għax għandhom is-setgħa. Jitla’ minn jitla’ fil-Gvern, l-Iżrael se jkun żied l-bini tiegħu fil-Palestina u tella’ aktar ħitan għoljin.

Taħseb li la jitilgħu l-Amerikani dawn se jinħattu?

Sa dak iż-żmien l-Iżrael se jkun sar ħafna aktar b’saħħtu, kiseb l-għanijiet tiegħu u ssepara ż-żewġ ġnus minn xulxin.
“Għandna ċajta bejnietna li forsi 50 sena oħra l-ħajt tagħna jaqa’ bħalma kien waqa’ ta’ Berlin. Imma f’50 sena oħra.”

L-Iżraeljani u l-Palestinjani se jirnexxilhom jerġgħu jgħixu flimkien wara li għaddew minn dan kollu?
“Dik mistoqsija tajba! Qabel konna ngħixu flimkien. Missieri kien jixtri ħafna mingħand l-Iżraeljani u anki kellu xi ħbieb. Imm’issa hemm wisq mibegħda maħluqa mill-Iżrael innifsu. Niddubita kemm omm li tilfet lil uliedha minħabba din il-gwerra se jirnexxilha taħfer, hix mill-Palestina jew mill-Iżrael. Għalhekk iktar ma s-separazzjoni titwal, aktar se tkun iebsa għalina li nerġgħu ngħixu flimkien.”

Titkellem ukoll dwar kemm ħassitha mdejqa meta saret taf bil-mewt tal-President Yasser Arafat.

“Kien simbolu ta’ dak li konna qegħdin nissieltu b’vuċi waħda, Musulmana jew Kristjana. Ħassejna lilna nfusna mitlufin. Ħares lejn is-sitwazzjoni tagħna bħalissa. Marret lura mhux ’il quddiem. Arafat għarraf lill-bqija tal-ġnus b’isimna. Ġabilna l-għarfien mingħandhom, li ħaqqna l-libertà u li m’aħniex terroristi.

“Hu ta s-saħħa u t-tama lill-Palestina. Dejjem tkellem dwar l-inġustizzja. Kien raġel li waqaf u kkundanna kwalunkwe attakk li sar fuq ħajjiet innoċenti.

 

_________________________________________________________________________
Invitation to meet Palestian Fair Trade producers
Wednesday 10th September
7pm-830pm
St.James Cavalier Centre for Creativity, Valletta
Studio Room (ex-souvenir shop)

Asraf Jaraiseh, Wood Carver and Suzan Sahori, the Inernational Relations Director of the Fair Trade Organization, The Holy Land Handicraft Cooperative Society in Betlehem, will be in Malta from the 7th till the 12th of September.

They will take part in the project called F.I.V.E. that is taking place throughout the European Year of Intercultural Diaologue. The National Coordinating Body for this project is St.James Cavalier Centre for Creativity, and Koperattiva Kummerc Ġust is one of the local partners invovled.

You are invited to attend a presentation at St.James Cavalier studio room on Wednesday 10th at 7pm, during which Suzan Sahori will talk about the culture of the olive production and of the olive tree wood handicrafts. She will talk about the aims of the cooperative and how and why it is making a difference to the artisans in Palestine.

KKG is involved in the "Touch" sense of the project F.I.V.E. and it has already been involved in 2 other visits from artisans: one from Fair Trade Egypt, Egypt and the other from Italy.

Local well known sculptor Savio Deguara is the artist chosen to work alongside Asraf Jaraiseh on 2 local market stalls: Cospicua market on Tuesday 9th and Valletta market on Wednesday 10th, both from 8am till 12pm.

 

Suzan Sahori is also a writer and activist. She documents the everyday lives of people she meets as a fair trader and as a social and cultural activist in Beit Sahour. Her writings, part journalistic, part literary, focus on the misery of common people rather than on the politics and history that have brought about that misery. She has been invited to read some of her writings during the Mediterranean Literature Festival that will take place at Couvre Porte, in Birgu at 8pm on Thursday 11th.

On behalf of KKG, we hope to see you and share this experience with us.

More Pictures Here

News & Events

11 May 2018

As part of the Make Fruit Fair! project Koperattiva Kummerċ Ġust is releasing several items for promotional materials.

We can post anyone in Malta with any of these promotional materials for free. Get in touch with us on info@l-arka.org and we'll get back to you.

...

11 May 2018

In October 2016, KKĠ met its MFF project partners in Vienna during which meeting project partners discussed the goals of the MFF campaign after being inspired by detailed information about unfair commercial practices which push people into poverty.

During the meeting there was an...

 

Useful links


 

Get in touch with us

Any Queries?

Best way to contact us is by email: info@l-arka.org or talk to us on Facebook chat

Contact us

Koperattiva Kummerċ Ġust Ltd

306, il-Ħanut l-Arka,
Triq San Pawl,
il-Belt Valletta,

Malta VLT 1213

Tel: +356 2124 4865
Email: info@l-arka.org

Education - This is a contributing Drupal Theme
Design by WeebPal.